Aqbeż għall-kontenut
Fiduċja u Sigurtà

Is-sigurtà tiegħek hija l-prijorità tagħna

Fi kwalunkwe lejl, 2 miljun ruħ joqogħdu fi djar fuq Airbnb f'100,000 belt madwar id-dinja. Hemm aktar minn 6 miljun listing f'191 pajjiż minn fejn tista' tagħżel —jiġifieri aktar mill-aqwa ħames katini tal-lukandi f'daqqa.

X'jagħmel dan kollu possibbli? Fiduċja.

Iddisinjat għas-sigurtà

Airbnb hija mfassla bis-sigurtà—kemm onlajn u kif ukoll offlajn—f'moħħha

Punteġġ tar-riskju

Kull booking ta' Airbnb jiġi kklassifikat għar-riskju qabel jiġi kkonfermat. Aħna nużaw l-analitika ta' tbassir u t-tagħlim mekkaniku biex nivvalutaw minnufih mijiet ta' sinjali li jgħinuna nimmarkaw u ninvestigaw attività suspettuża qabel din iseħħ.

Lista ta' sorveljanza u kontrolli tal-isfond

Filwaqt li l-ebda sistema ta' skrinjar mhija perfetta, globalment aħna nivverifikaw il-hosts u l-klijenti ma' listi ta' sorveljanza regolatorji, terroristiċi u ta' sanzjonijiet. Għall-hosts u l-klijenti fl-Istati Uniti, qed nagħmlu wkoll kontrolli tal-isfond.

Tħejjija

Aħna mmexxu workshops dwar is-sigurtà mal-hosts u l-esperti lokali ewlenin u ninkoraġġixxu lill-hosts biex jipprovdu lill-klijenti b'informazzjoni lokali importanti. Aħna nagħtu wkoll lil kull host li jixtieq detettur tad-duħħan u tal-monossidu tal-karbonju b'xejn għal daru.

Pagamenti siguri

Il-pjattaforma sigura tagħna tiżgura li flusek jaslu għand il-host—huwa għalhekk li nitolbuk li dejjem tħallas permezz ta' Airbnb u qatt ma tgħaddi flus jew tħallas lil xi ħadd direttament.

Protezzjoni tal-kont

Aħna nieħdu għadd ta' miżuri biex nissalvagwardjaw il-kont tal-Airbnb tiegħek, bħall-ħtieġa ta' awtentikazzjoni permezz ta' fatturi multipli meta jiġi ppruvat dħul minn telefown jew kompjuter ġdid u nibagħtulek twissijiet dwar il-kont meta jsiru xi bidliet.

Prevenzjoni ta' scam

Dejjem ħallas u kkomunika direttament minn fuq tal-websajt jew l-app ta' Airbnb. Sakemm tibqa' fuq Airbnb matul il-proċess kollu—mill-komunikazzjoni, sal-booking u l-pagament— inti protett mill-istrateġija ta' difiża b'diversi saffi tagħna.

Kun af x'għandek tistenna

Nagħmluha sempliċi għalik biex issir taf aktar dwar kwalunkwe dar, esperjenza, klijent jew host qabel tibbukkja
Stampa tat-tqassim tal-iskrin tat-telefown
Ritratt tal-profil tal-utentRitratt tal-profil tal-utentRitratt tal-profil tal-utent

Profili

Fuq Airbnb kulħadd għandu profil biex jgħin lill-klijenti jew lill-hosts l-oħra jsiru jafu lil xulxin. Biex tibbukkja jew tospita, se tintalab tipprovdi ismek sħiħ, id-data tat-twelid, in-numru tat-telefown, l-informazzjoni dwar il-pagament u l-indirizz tal-email lil Airbnb.

Messaġġi siguri

L-għodda tal-messaġġi siguri tagħna tippermettilek issir taf lill-host jew lill-klijent u tistaqsi mistoqsijiet dwar il-listing jew l-esperjenza qabel iż-żmien. Wara li li jsir il-booking, tista' tużah biex faċilment tibgħat messaġġi lura u 'l quddiem biex tikkoordina affarijiet bħaċ-check-in u d-direzzjonijiet.

Reviews

Jekk inti kurjuż/a dwar x'ħasbu l-oħrajn dwar mistednin, host, dar, jew esperjenza potenzjali, kulma għandek tagħmel hu li tara r-reviews tagħhom. Il-klijenti u l-hosts jistgħu jirrevedu lil xulxin biss wara booking, għalhekk taf li l-feedback li qed tara huwa bbażat fuq esperjenzi reali.

Aħna qegħdin hawn jekk ikollok bżonna

It-tim globali tagħna qiegħed hemm 24 siegħa kuljum fi 11-il lingwa differenti biex jgħinek b'bookings mill-ġdid, ħlasijiet lura, rimborżi, il-Garanzija tal-Host tagħna ta' €800,000, u programmi ta' assigurazzjoni kemm għad-djar kif ukoll għall-esperjenzi.

Ikkuntattja jekk ikollok bżonn xi ħaġa.